Tbaħħir bil-jott Yachting

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal TBAĦĦIR BIL-JOTT għandu żewġ partijiet. L-ewwel isir is-sinjal għal JOTT. Id waħda tieħu l-forma ta’ 5 u tieqaf bil-pala tħares ’il fuq u bil-ponot tas-swaba’ jħarsu lejn il-ġenb. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ 5 u tistrieħ mal-ġenb tal-ewwel id, bil-pala tħares lejn il-ġenb u bil-ponot tas-swaba’ jħarsu ’il fuq. L-idejn jagħmlu moviment żgħir ’il quddiem flimkien. Imbagħad id waħda titla’ ’l fuq fil-ġenb tar-ras waqt li tieħu l-forma tas-sinjal tal-ittra T waqt li l-id l-oħra tinżel ’l isfel lejn il-ġenb waqt li tieħu l-istess forma tas-sinjal tal-ittra T. Din l-id titla’ ’l fuq fejn l-oħra waqt li din l-ewwel id tinżel ’l isfel kif jiġri meta jrid jinġibed ħabel.

The sign for YACHTING has two parts. First the sign for YACHT is made. One hand takes the shape of 5 and is held with palm facing upwards and fingers pointing to the side. The other hand takes the shape of 5 and rests against the side of the first hand, with palm facing the side and fingers pointing upwards. The hands make a small movement forward together. Then one hand moves up to the side of the head whilst it makes the shape of the sign for the letter T whilst the other hand moves downwards towards the side as it forms the same shape of the sign for the letter T. This hand moves up near the other hand whilst this first hand moves down which is what happens when a rope is being pulled.